Pitazz tat-tpinġija jew sketch book Sketch_book

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal PITAZZ TAT-TPINĠIJA jew SKETCH BOOK għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal modifikat għal PITAZZ. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 u jiltaqgħu fuq quddiem bil-ġenb tas-saba’ ż-żgħir bil-pala tħares ’il fuq. L-idejn jingħalqu ma xulxin darbtejn malajr. (ii) Imbagħad id waħda tibqa’ wieqfa bil-pala tħares ’il fuq waqt li l-id l-oħra tgħaddi minn fuq il-pala tal-id il-wieqfa qisu timsaħha darba min-naħa tal-polz ’il fuq lejn is-swaba’. (iii) Fl-aħħar, l-idejn jinbidlu forma ta’ F laxka bis-saba’ l-kbir u l-werrej jiffurmaw ċirku żgħir. L-idejn jimxu bil-pala tħares ’il barra minn ħdejn xulxin għall-ġnub.

The sign for SKETCH_BOOK has three parts. (i) First the modified sign for COPYBOOK is made. The hands take the shape of 5 and meet at the front with the sides of the pinkies touching. The hands close quickly twice so that the palms meet or almost. (ii) Then one hand is held stationary palm facing upwards whilst the other hand moves over it as though wiping it from the wrist side to the fingers. (iii) Finally, the hand takes the shape of loose F with the thumb and index finger forming circles. The hands move with palms facing outwards from near each other towards the sides.